Lokali Mużika

Je Me Casse – il-kanzunetta ta’ Malta għal Eurovision Song Contest

Je Me Casse– l-isem tal-kanzunetta li biha Malta ser tipparteċipa fil-65 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

It-Tnejn waranofsinhar ġie mniehdi l-vidjo mużikali u l-kanzunetta li l-kantanta Destiny ser tkun qed tinterpreta f’Mejju li ġej f’Rotterdam l-Olanda .

Destiny Chukunyere hija t-tieni kantanta li rebħet l-X Factor Malta li ttella’ għat-tieni darba tul l-2020 fejn mill-bidu tal-kompetizzjoni saħħret lill-ġurija  kif ukoll lil Maltin u Għawdxin.

Dan kollu wara li l-edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li kellha ssir fl-2020 ġiet ikkanċellata minħabba t-tixrid tal-coronavirus.

Destiny hija wiċċ rinomat fix-xena mużikali Maltija hekk kif ta’ sa minn età żgħira diġà kisbet diversi suċċessi.

Lura fl-2015 hija rebħet il-Junior Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Not My Soul filwaqt li fl-2017 għamlitha sas-semi finali ta’ Brittian’s Got Talent. Iżda wara dawn l-esperjenzi, din it-tfalja żagħżugħa kompliet tikber u ssaħħaħ il-vuċi impekkabbli tagħha.