Lokali

Jibdew il-preparamenti fil-bypass tal-Imrieħel

Hekk kif sal-lum ma kienx hemm qbil bejn il-Gvern u l-bdiewa kollha li tagħhom se tittieħed art biex issir estensjoni tal-bypass, illum bdew il-preparamenti għax-xogħlijiet.

Filfatt, għal ħin twil, fit-triq dehru ħaddiema b’apparat li jittestja l-blat.

Fl-aħħar xhur il-bypass tal-Imrieħel kienet fl-aħbarijiet wara li bdiewa fl-inħawi qalu li l-Gvern kellu l-intenzjoni li jgħaddi romblu minn fuqhom u jeħdilhom l-art mingħajr ma saret konsultazzjoni minn qabel u mingħajr ħtieġa vera.

Xhur wara, minkejja li saru diskussjonijiet, mhux il-bdiewa kollha qed jaqblu li titteħdilhom l-art għal dan il-proġett. Madankollu jidher ċar li l-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni jistenna aktar, u għandu kollox lest biex jibda bix-xogħolijiet.