Coronavirus Saħħa

L-Olanda tissospendi l-AstraZeneca; WHO ma ssibx provi li jorbtu mat-trombożi

Il-kumpanija tinsisti li l-vaċċin tagħha hu sigur

Il-Gvern Olandiż issospenda l-għoti tat-tilqima tal-AstraZeneca wara tħassib li qam fl-aħħar jiem minħabba l-possibbiltà ta’ side effects li din tista’ tikkawża – possibbiltà li diġa’ kienet miċħuda kemm mill-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa kif ukoll mill-kumpanija innifisha.

L-Olanda se tħalli ħmistax qabel terġa’ tibda tamministra l-AstraZeneca. U dan qed isir biss bħala prekawzjoni. Anke r-Repubblika Irlandiża ħadet pożizzjoni simili.

Id-WHO qed tinsisti li m’hemm ebda indikazzjoni li teżisti rabta bejn każi ta’ trombożi u l-amministrazzjoni ta’ dan il-vaċċin partikolari.