Il-Prim Ministru proviżorju tal-Libja ħa l-ġurament tal-ħatra bil-għan li jmexxi pajjiżu lejn elezzjonijiet nazzjonali li mistennija jsiru fl-aħħar tas-sena.Abdul Hamid Dbeibah, intant, se jkun qed jieħu ħsieb it-tranżizzjoni lejn il-proċess elettorali wara snin ta’ kaos, konflitt ċivili u diviżjoni karatterizzati mill-attentati ta’ diversi gruppi rivali biex jieħdu l-poter fil-pajjiż Afrikan.
In-Nazzjonjiiet Uniti bħalissa qed tmexxi proċess li jibbaża fuq ftehim għal waqfien mill-ġlied bejn il-Gvernijiet rivali tal-Libja li għandhom iċ-ċentri tal-poter rispettivi fi Tripli u Tobruk.
Abdul Hamid Dbeibah kien intgħażel bħala Prim Ministru proviżorju waqt taħditiet sponsorjati min-Nazzjonijiet Uniti fi Frar li għadda, l-istess bħalma seħħ fil-każ tal-Kunsill għall-Presidenzja Libjana li hu magħmul minn tliet membri. Intant, il-ġurament li ħa Dbeibah fil-belt ta’ Tobruk għandu jwitti t-triq lejn bidliet sinifikanti fil-pajjiż meta l-poplu Libjan qed jittama li jgawdi ftit aktar stabbilità permezz tal-elezzjonijiet nazzjonali.
//= $special ?>