Lionel Messi laħaq ir-rekord ta’ Xavi tal-aktar player li qatt lagħab għal Barcelona fejn lagħab 767 partita. Ironikament, fl-istess partita Lionel Messi skorja s-661 gowl tal-karriera tiegħu fir-rebħa ta’ Barcelona fuq Huesca.
Lionel Messi ddebutta għal Barcelona fl-età ta’ 17-il sena fejn minn dakinhar sar wieħed mill-aqwa player ta’ kull żmien fil-futbol mondjali. Kontra Huesca kien LIONEL MESSI li fetaħ l-iskor wara 13-il minuta, b’ANTOINE GRIEZMANN jirdoppja fil-35 minuta. RAFA MIR naqqas l-iskor għal Huesca ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ penalty. Fit-tieni taqsima, OSCAR MINGUEZA għamilhom 3-1 fit-53 wara li rċieva mingħand Messi, bl-Arġentin jiskorja t-tieni gowl tiegħu u r-raba’ wieħed għal Barcelona fid-90 minuta.
B’din ir-rebħa Barcelona qabżu lil Real Madrid fit-tieni post tal-klassifika tal-La Liga u issa jinsabu erba’ punti taħt il-leaders Atletico Madrid.
//= $special ?>