Futbol Sport

“Possibilità li Cristiano Ronaldo jirritorna ma’ Real Madrid”- il-kowċ ta’ Real Madrid

Il-kowċ ta’ Real Madrid Zinedine Zidane lejliet il-partita mir-round tal-aħħar 16 tal-UEFA Champions League kontra Atalanta qal li teżisti l-possibilità li Cristiano Ronaldo jista’ jirritorna ma’ Real Madrid fi tmiem l-istaġun.

Fl-aħħar jiem wara l-eliminazzjoni ta’ Juventus mill-UEFA Champions League qamet l-ispekulazzjoni li Ronaldo jixtieq iħalli lil Juventus fi tmiem l-istaġun bis-CEO ta’ Juventus, Fabio Paratici jgħid li Ronaldo huwa parti mill-futur tat-tim Taljan.