Futbol Sport

Serqiet fid-djar ta’ Di Maria u Marquinhos

Matul il-partita li PSG kienu qed jilgħabu kontra Nantes, id-djar tal-players Angel Di Maria u Marquinhos kienu qed jiġu misruqa.

Jidher li d-Direttur Sportiv ta’ PSG Leonardo kkomunika mal-kowċ ta’ PSG Mauricio Pochettino sabiex jibdel lill-player Arġentin għaliex id-dar tiegħu kienet qed tiġi misruqa. Rapporti fi Franza ddiskrivew is-serqa bħala waħda vjolenti u filwaqt li seħħet is-serqa fid-dar kien hemm ukoll xi familjari ta’ Di Maria li nżammu ostaġġ mill-ħallelin.

Aktar tard matul l-istess lejl, rapporti fi Franza qalu li d-dar tal-player Brażiljan Marquinhos ukoll kienet insterqet