Futbol Sport

Bejn illum u għada jsiru magħrufa l-aħħar erba’ timjiet li jagħmluha għall-kwartifinali

Bejn illejla u għada jsiru magħrufa l-aħħar erba’ timijiet li jagħmluha għall-kwartifinali tal-UEFA Champions League. Dan wara li l-ġimgħa li għaddiet kwalifikaw Liverpool, PSG, Borussia Dortmund u Porto.

Illum, Manchester City fl-Etihad Stadium jilgħabu kontra Borussia Monchengladbach bit-tim imexxi minn Pep Guardiola jibda favorit wara li rebaħ l-ewwel leg 2-0.

F’ Estadio Alfredo Di Stefano, Real Madrid jilgħabu kontra Atalanta bit-tim ta’ Zinedine Zidane jibda favorit hekk kif għandu vantaġġ minimu ta’ 1-0.

Għada, Chelsea jilqgħu lil Atletico Madrid, bit-tim ta’ Thomas Tuchel li għadu mingħajr telfa minn meta ħa t-tmexxija tat-tim f’idejh jibda l-konfront b’vantaġġ minimu ta’ 1-0.

Bayern Munich diġa għandhom sieq fil-kwartifinali hekk kif għada jilgħabu kontra Lazio wara li fl-ewwel lega barra minn darhom kisbu rebħa komda ta’ 4-1.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Illum: Real Madrid v Atalanta 9.00pm, Man City v Borussia Monchengladbach 9.00pm Għada: Chelsea v Atletico Madrid 9.00pm, Bayern Munich v Lazio 9.00pm