Adrian Delia, PN
Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia insista li l-Gvern għandu jirtira l-emenda għal-Liġi tal-Interpretazzjoni għaliex dawn huma emendi anti-kostituzzjonali li jneħħu drittijiet bażiċi liċ-ċittadini.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia qal li jekk il-parlament jippersisti bil-liġi jkun qed jikkrea diversi perikli u appella biex il-Gvern jirtira l-pożizzjoni tiegħu. Hu sostna li l-persuni maħtura mill-Gvern, li fl-aħħar sitt snin żbaljaw diversi drabi ma kienux jeżistu u kienu perfetti, din il-liġi wkoll tikser il-kostituzzjoni.
Dan għaliex l-argument mhux jekk il-persuna magħżula mill-Gvern hix tajba iżda jekk jeżstu it-tliet pilastru ta’ proċess ġust; l-awtoniija, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikant.
Adrian Delia kompla li hu lest li jmur il-Qorti jattakka din il-liġi anti-kostituzzjonali u sostna li l-ebda Gvern ma jista’ jakkuża ċittadin, jgħaddih ġuri hu u jsibu ħati hu wkoll. Għalhekk il-Kostituzzjoni tipprovdi l-garanziji biex dan ma jseħħ qatt u tistabilixxi proċess biex iċ-ċittadini jidhru fi proċess indipendenti.
Il-każi involuti huma dawk ta’ multi amministrattivi gravi u qawwija li jistgħu jkunu konvertiti f’pieni u li l-liġi tiddeskrievha bħala sanzjoni kriminali. Il-multi jistgħu joħorġu minn diversi awtoritajiet, spjega Adrian Delia, li kompla li l-Kostituzzjoni qed tiggarantixxi dawn id-drittijiet.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvernma jistax ibiddel il-Kostituzzjoni waħdu u għalekk uża l-Liġi tal-Interpretazzjoni li tgħin fl-interperatazzjoni tal-Kostituzzjoni li jista jbiddilha mingħajr iż-żewġ terzi; dan ifisser li jkun qed ibiddel il-Kostituzzjoni.
Adrian Delia kompla li l-Kamra tal-Avukati espremiet riżervi serji dwar din il-liġi li tippermetti sanzjonijiet kriminali bla proċess li jkun sar. Il-Gvern irid li jgħaddi liġi li jitratta n-nies bħala kriminali mingħajr proċess fil-qrati.
Din hi liġi qed tikkastiga daqs kriminal lil kull ċittadn li l-Gvern jiddeċiedi li għandu jħallas għal għemilu daqs kriminal. Din il-liġi tikser il-kostituzzjoni fejn impjegati tal-Gvern se jkolhom is-saħħa jikkastigaw ċittadini li ma jkunu għamlu ebda att kriminali.
Il-Kamra tal-Avukati qalet li l-Gvern għadu jwarrab għal kollox din il-liġi u juri rispett lejn l-ogħla liġi tal-pajjiż; il-Kostituzzjoni. Il-Gvern qed iniżżel il-pajjiż f’dan il-livell, sostna d-deputat Nazzjonalista li kompla li diversi awtoritajiet ġudizzjarji kkritikaw bil-qawwa din il-liġi.
Il-Gvern għandu japplika r-raġuni u jaf li l-Qorti Kostituzzjonali se tiddikjara li din hi liġi li mur kontra l-Kostituzzjoni. Dan kollu l-Gvern qed jagħmlu f’nofs pandemija u vvinta liġi li se tikser il-Kostituzzjoni u tneħħi d-drittijiet bażiċi liċ-ċittadini. Għandha l-kriminali jiġru barra iżda liċ-ċittadini li ma kisru ebda liġi l-Gvern irid jikkastighom qishom kriminali, sostna Adrian Delia.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Gvern qed jieħu iktar poter u jaħtaf dawk id-drittijiet li m’għandux. Il-Kamra tal-Avukati spjegat ukoll li l-Gvern qed jipprova jbiddel it-tifsira ta’ sanzjoni kriminali; il-Gvern irid is-saħħa li jagħmel punizjoni in-nies li jagħżel hu flok il-qrati.
Adrian Delia kompla li l-Kamra tal-Avukati qalet ukoll li l-Gvern qed jimmina dak kollu rikonoxxut mill-qrati Maltin u Ewropej. Għaliex il-Gvern qed jippersisti fuq din il-liġi? Min għandu bżonnha din il-liġi; ċ-ċittadin normali jew ħaddieħor?, staqsa Adrian Delia, li qal li dawn se jivvutaw favur din il-liġi jkun qed jikser il-Kostituzzjoni.
Mhux permessibbli li fil-parlament ikun hemm deputati li b’rieda u b’intenzjoni jgħaddu liġijiet li jnaqqsu d-drittijiet taċ-ċittadini.
//= $special ?>