Il-varjant tal-COVID-19 wasal f’pajjiżna lejn l-aħħar tas-sena 2020 meta sa minn qabel, il-każi ġodda tal-Coronavirus f’pajjiżna kienu diġa qed jilħqu ammonti għoljin. Il-wasla ta’ dan il-varjant għamlet l-affarijiet iktar allarmanti.
Mistoqsi meta l-Gvern ta’ Robert Abela kien infurmat li l-varjant kien fostna, il-Ministru Michael Falzon qal, “minix espert mediku, il-varjant ġie fil-pajjiż tagħna ferm aktar wara milli ħareġ oriġinarjamnet. Kellek diversi varjanti u aħna mhux pjaneta għalina, ġie kif mar postijiet oħra”
Din it-twegiba tal-Ministru Falzon qed tħasseb lil ħafna għaliex ma toffrix serħan il-moħħ li l-Gvern kien preparat eżatt malli tfaċċa l-varjant, bl-ewwel każi konfermati f’pajjiżna jkunu f’ Diċembru, preċiżament ġurnata qabel ma għamel il-messaġġ tal-ewwel tas-sena l-Prim Ministru. Hawn, Robert Abela kien qal li f’Marzu nibdew it-triq għan-normalità.
Issa, il-Gvern qed jiġġustifika s-sitwazzjoni inkwetanti li ninsabu fiha billi jgħid li din hija learning curve. Hekk saħaq Michael Falzon meta qal,”nixtiequ li minn nhar it-Tnejn morna għan-normal. Din hija learning curve.”
Intant, waqt konferenza tal-aħbarijiet fuq pjattaforma online, Net News staqsa lill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana dwar il-kalkoli ta’ meta pajjiżna se jirritorna għal xi tip ta’ normalità. Caruana qal “qed inpoggu r-riżorsi kollha li hemm bżonn biex jiżdied ir-rittmu tat-tilqim, sal-aħħar ta’ Gunju ikollna il-maggor parti tal-poplu mlaqqam.” Il-Ministru tal-Finanzi waqqa’ għal kollox il-wegħda ta’ Robert Abela li minn Mejju “business as usual” meta qal “nantiċipa li l-ewwel 5 xhur tas-sena m’għandhom x’jaqsmu xejn mar-ritmu ta’ qabel u dan se jħalli l-impatt tiegħu fuq l-ekonomija tagħna. Ladarba nkunu laqqamna, r-restrizzjonijiet ikunu tnaqqsu biex b’hekk l-ekonomija tagħna tkun tista’ tieħu nifs.”
//= $special ?>