Lokali Parlament

Ir-rekord tal-Gvern; jitnaqqsu d-drittijiet taċ-ċittadini

Mario de Marco, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-abbozz ta’ liġi li qed iressaq il-Gvern biex jemenda l-Liġi dwar l-Interpretazzjoni jikkonferma r-reorkd tal-Gvern; dak li jnaqqas id-drittijiet atċ-ċittadini.

Fil-parlament Mario de Marco qal li l-liġi trid tkun irtirati fit-totalità tagħha u spjega kif il-Ministru Zammit Lewis kien irtira din il-liġi meta l-Gvern ressaqha bħala emenda kostituzzjonali biex issa qed ibiddel l-interpretazzjoni tal-kliem fl-istess Kostituzzjoni.

Hu spjega kif il-Kamra tal-Avukati u diversi awtoritajiet fil-qasam ġudizzjarju huma kontra din il-liġi; minkejja dan il-Gvern xorta jibqa’ għaddej.

Id-deputat Nazzjonalista qal li mhux biss il-PN hu kontra din il-liġi u sostna li hemm deputati tal-Gvern li jifhmu x’tgħid il-Kostituzzjoni u jirrikonoxxu li din hi liġi ħażina. Hu appella lid-deputati tal-Gvern biex ma jħallux lill-Whip Laburista jiddettalhom kif jivvutaw fuq din il-liġi.

Id-deputat Nazzjonalista qal li din hi liġi li tmur kontra l-ispirtu tal-Kostituzzjoni. Fil-każi tal-pieni penali, iċ-ċittadini għandu jkollhom dritt ta’ smiegħ xieraq skont il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Dan hu abbozz ta’ liġi oxxen bl-iskop li jiddefinixxu x’inhu reat kriminali biex dak li mhux sanzjoni ta’ natura penali na jgawdix il-protezzjoni ta’ tribunali indipendenti u imparzjali. L-intenzjoni tal-Gvern hi li jitnaqqsu d-drittijiet taċ-ċittadini, sostna Mario de Marco, li kompla li l-iskop ta’ dan l-abbozz perikoluż hu li jikser il-kostituzzjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li jekk dan l-abbozz ikun approvat iun inħoloq preċedenti dwar kif tiddgħajjef il-Kostituzzjoni u jitnaqqsu d-drititjiet taċ-ċittadini. Dan hu r-rekord tal-Gvern, sostna Mario de Marco.