Frederick Dalli ta’ 38 sena mill-Marsa tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, akkużat mill-Ispettur Alfredo Mangion b’pussess ta’ kokaina, pussess ta’ arma tan-nar mingħajr liċenzja.
Huwa ġie mixli wkoll li naqas milli jinforma lill-Kummissarju tal-Pulizija li kien ġie fil-pussess ta’ arma tan-nar, u li kiser xejn inqas minn erba’ digrieti dwar il-pleġġ.
Dalli, li mhuwiex estranju fis-sistema tal-ġustizzja kriminali b’diversi kundanni f’ismu, ġie akkużat ukoll li sar reċediv. L-avukati tiegħu, Arthur Azzopardi u Mario Mifsud, qalu li l-klijent tagħhom mhux ħati tal-akkużi kollha miġjubin kontrih, tmienja b’kollox. F’dan l-istadju a ntalbitx il-libertà proviżorja f’isem Dalli.
//= $special ?>