Lokali Unjoni Ewropea

Pressjoni biex issir diskussjoni urġenti fil-Parlament Ewropew

Talba biex l-aħħar fatti li ħerġin mill-Qorti dwar l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia jkunu diskussi fil-Plenarja tal-Parlamenat Ewropew.

Din it-talba saret mill-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Weber.

L-appell sar ukoll biex wara kollox il-plenarja tiddiskuti u tara dak li qed jinħareġ mill-Qorti Maltija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-implikazzjonijiet li hemm marbuta ma’ politiku li kien parti mill-Gvern u l-Partit Laburista.