Real Madrid ukoll kisbu post fil-kwartifinali hekk kif għelbu lil Atalanta 3-1, wara li fl-ewwel leg kisbu rebħa ta’ 1-0 barra minn darhom biex b’hekk kwalifikaw b’aggregate ta’ 4-1.
Real Madrid fetħu l-iskor wara 34 minuta meta minn żball tal-gowlkiper ta’ Atalanta, Luka Modric avvanza u għadda lejn KARIM BENZEMA li kkonkluda f’lasta vojta. It-tim ta’ Zinedine Zidane rdoppja fit-tieni taqsima, meta Rafael Toloi waqqa’ lil Vinicius fil-kaxxa bir-referee jordna penalty biex minn ħdax-il metru SERGIO RAMOS ma żbaljax. Atalanta naqsu l-iskor fit-83 minuta, bi freekick mill-isbaħ ta’ LUIS MURIEL. Ftit sekonda wara Real Madrid għalqu l-konfront meta minn kontrattakk veloċi, Lucas Vazquez għadda lejn MARCOS ASENSIO li kkonkluda fil-baxx.
//= $special ?>