Lokali

Robert Abela jitlob lill-Kummissarju jistabbilixxi għal min kien qed jirreferi l-Koħħu

Il-Prim Ministru Robert Abela talab lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà sabiex jistabbilixxi għal min kien qed jirreferi Vince Muscat fil-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra l-aħwa Alfred u George Degiorgio. Dan meta hu stess irrefera għal “Ministru” tal-Gvern preżenti.

Fi tweġiba għad-domandi ta’ Net News, il-Prim Ministru tenna li diġà talab lill-Kummissarju biex jistabbilixxi għal min kien qed jirreferi Muscat dalgħodu fil-Qorti.

Abela għadda dan il-kumment qabel daħal il-Parlament.