Ir-rebbieħ tat-Tour de France, TADEJ POGACAR tas-Slovenja rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena tat-Tirreno – Adriatico. L-aħħar ġurnata kienet il-prova kontra l-ħin b’Pogacar għeleb lil Wout van Aert ta’ Jumbo Visma b’distakk ta’ minuta u tlett sekondi. Pogacar li nħar is-Sibt rebaħ il-prova fil-muntanji kompla bis-successi wara li x-xahar li għadda rebaħ wkoll it-Tour tal-Emirati Għarab Magħquda.
Il-prova kontra l-ħin fuq distanza ta’ għaxar kilometri saret f’ San Benedetto del Tronto u ntrebħet mill-Belgjan Van Aert li b’sorpriża għeleb lic-Champion tad-Dinja tat-time trial Filippo Ganna ta’ Ineos . Il-Britanniku Geraint Thomas minkejja li għamel il-ħdax l-aħjar ħin fl-aħħar ġurnata, temm b’distakk ta’ 17 il-minuta u 12 il-sekonda minn Pogacar. Sena ilu Thomas kien fi dwell dirett ma’ Simon Yates b’dan tal-aħħar rebaħ b’distakk ta’ 17 il-sekonda minn Thomas.
//= $special ?>