Lokali Qorti

Teżisti informazzjoni dwar “politiku” involut

Il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa issa qed jindika li l-Pulizija verament kellha informazzjoni rigward “politiku” involut fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, għalkemm skont hu, m’hemmx evidenza li tista’ tintuża’ fil-Qrati.

Dan il-kliem jikkuntrasta ferm ma’ dak li kien qalilna l-istess Kummissarju ftit tal-jiem ilu wara li l-Koħħu kien ingħata l-Proklama, filwaqt li issa l-Kummissarju qed ikun aktar kawt fi kliemu.

Dan jikkonferma illi dak li qal il-Prim Ministru Robert Abela dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Koħħu kien kliem li intqal b’għaġla, għaliex fil-verità, teżisti informazzjoni li tipponta lejn politiku Laburista. Minkejja li Vince Muscat il-Koħħu għamel dawn l-allegazzjonijiet fuq l-eks Deputat Mexxej u eks Ministru Laburista Chris Cardona…. sal-lum, Cardona għadu jifforma parti mill-Partit Laburista… u sal-lum Robert Abela għadu jaħrab milli jwieġeb dwar l-eks kollega tiegħu fil-Kabinett ta’ Joseph Muscat.

Ikkummenta