Futbol Sport

Żewġ gowls f’ħames minuti jpoġġu lil Man City fil-kwartifinali

(Ritratt: EPA)

Manchester City kisbu rebħa komda ta’ 2-0 kontra Borussia Moenchengladbach biex b’hekk kisbu post fil-kwartifinali wara li fl-ewwel leg barra minn darhom ukoll rebħa 2-0 biex b’hekk kwalifikaw b’aggregate ta’ 4-0. Manchester City fetħu l-iskor wara 13-il minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ KEVIN DE BRUYNE. It-tim ta’ Pep Guardiola rdoppja ħames minuti wara permezz ta’ IKAY GUNDOGAN.