Futbol Sport

Zlatan Ibrahimovic jirritorna mal-iskwadra Żvediża

Zlatan Ibrahimovic reġa’ ġie msejjaħ mal-iskwadra tal-iŻvezja wara li fl-2016 kien rtira mill-futbol internazzjonali.

Ibrahimovic, 39, ħabbar ir-ritorn tiegħu b’post fuq il-midja soċjali tiegħu, fejn se jkun qed jirritorna għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2022 kontra l-Georgia u l-Kosovo, kif ukoll għall-EURO 2020 li se jsiru fis-sajf li ġej.

Ibrahimovic huwa l-aktar plejer li skorja gowls għat-tim Żvediż bi 62 gowl f’ 116 il-partita, qabel ma rtira mill-futbol internazzjonali wara l-eliminazzjoni tal-iŻvezja fl-EURO 2016.