Lokali Saħħa

Aktar pressjoni fuq il-frontliners – mistenni jiftaħ is-7 ITU

Ritratt: Matthew Tabone

Tissokta l-pressjoni qawwija fuq il-frontliners fi ħdan l-isptarijiet lokali fejn kawża tan-numri ta’ każi li dejjem qed ikomplu jiżdiedu, inevitabbilment qed jiżdiedu magħhom l-pazjenti li qed ikollhom jiġu rikoverati fl-isptarijiet.

Għaldaqstant fis-sigħat u l-jiem li ġejjin mistenni jinfetaħ is-7 ITU.

Aħbar konfermata wkoll mit-tabib Frank Portelli fejn spjega li din ser tkun qed tiftaħ minħabba bżonn ta’ kwantità numeruża ta’ ossiġnu mingħajr il-bżonn ta’ ventilaturi.