Wara ir-rebħa konvinċenti ta’ 4-1 li kellhom lf-ewwel leg, Bayern Munich kisbu rebħa oħra ta’ 2-0 fl-Allianza Arena hekk kif għamluwha mal-aħħar tmienja tal-kompetizzjoni. Bayern Munich se jkun qed jittantaw li jiddefendu it-titlu merbuħ minnhom l-istaġun li għadda fil-finali kontra PSG, sabiex rebħu is-sitt titlu Ewropew.
L-ewwel azzjoni għal Bayern waslet fit-tlettax-il minuta meta minn pass ta’ Joshua Kimmich, ix-xutt ta’ Leroy Sane għadda jħakkek minn mal-lasti ta’ Pepe Reina. B’Bayern Munich jiddominaw il-ballun Lazio għalqu l-ispazji tajjeb u ftit li xejn taw ċans lil Bayern ikunu perikolużi lejn l-lasti tagħhom. Madanakollu Bayern munich marru fil-vantaġġ fil-31 minuta meta Vedat Muriqi waqqa’ lil Leon Goretzka fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru l-attakant prolifiku ROBERT LEWANDOWSKI ma żbaljax biex tefa’ lil Bayern Munich 1-0 minn fuq. Lazio provaw joħolqu xi azzjonijiet biex jinfdu id-difiża ta’ Bayern, b’ Sergej Milinkovic-Savic ikun involut fil-maġġoiranza tal-logħob offensiv ta’ Lazio. Minkejja dan l-ewwel taqsima intemmet bl-iskor ta’ 1-0.
Fil-bidu tat-tieni taqsima Bayern Munich ħarġu perikolużi meta Robert Lewandowski sab ruħu viċin il-lasta bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata tajjeb minn Pepe Reina. Fis-67 minuta għal darba oħra Lewandowski viċin id-doppjetta meta ra l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta, wara azzjoni maħduma tajba bejn il-plejers ta’ Bayern. Minkejja dan iċ-champions renjanti rdoppjaw meritatament fit-73 minuta meta minn azzjoni tajba ta’ David Alaba, kien l-attakant mill-Kamerun ERIC MAXIM CHOUPO-MOTING li skorja it-tieni gowl għal Bayern u prattikament għalaq il-partita. Lazio skorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni fit-82 minuta mera minn free kick ta’ Andrea Pereira, kien MARCO PAROLO li bir-ras ikkonkluda għal ġewwa.
//= $special ?>