Huma 211 il-każi ġodda rreġistrati fl-aħħar 24 siegħa sabiex b’hekk il-każi totali rreġistrati minn meta bdiet il-firxa tal-pandemija f’pajjiżna qed jammontaw għal 27,272.
Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa tilfu ħajjithom kawża tal-Covid-19 4 persuni; 3 irġiel ta’ 62, 68 u 83 sena kif ukoll mara ta’ 84 sena – ilkoll waqt li kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.
Għaldaqstant l-ammont totali ta’ fatalitajiet li ġew irreġistrati f’pajjiżna ammontaw għal 361 – 15-il mewta fl-aħħar ħamest ijiem biss.
Intant fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati bħala mfejqa 193 – bit-total ikun dak ta’ 23,784.
B’hekk il-każi attivi issa żiedu għal 3,127.
Sat-Tlieta it-total ta’ persuni li ħadu t-tieni doża ammontaw għal 49,859.
Dan filwaqt li s-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ħabbret li l-limitu ta’ persuni flimkien ġewwa r-residenzi privati naqas minn 4 households għal tnejn.