Lokali

€1,000 f’danni morali wara li kienet soġġetta tfittex fl-ippurgar tagħha għad-droga

Mara Olandiża ngħatat €1,000 f’danni morali mill-Qorti Kostituzzjonali wara li din kienet soġġetta għal trattament inuman mill-Pulizija wara li ġiet arrestata fl-2015 fuq suspett ta’ traffikar ta’ droga. Il-fatt li kienet kienet soġġetta biex tfittex fl-ippurgar tagħha stess għad-droga wassal għal trattament mhux xieraq fil-konfront tagħha.

Jennifer Koster imwielda fir-Repubblika Dominikana, kienet soġġetta wkoll għal tfittxijiet intimi. Hija kienet bdiet proċeduri Kostituzzjonali li ġew ġudikati mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Giannino Caruana Demajo u Anthony Ellul.

Koster kienet ikkontestat il-fatt li kienet sfurzata tissaporti eżami vaġinali u tingħata lassattiv qabel ma ntalbet tfittex għal droga wara kienet għadha kif ipporgat.

Il-Qorti fid-deċiżjoni tagħha qalet li gew leżi d-drittijiet fundamentali tagħha kif sanċiti fl-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u fl-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Il-mara kienet tilfet il-każ tagħha kontra l-Pulizija fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fejn kienet qed tikkontesta l-fatt li nżammet b’mod arbitrarju u nżammet taħt arrest għal 16-il siegħa minkejja li ripetutament insistiet li ma kinitx qed iġġorr id-droga.

Il-Qorti semgħet li l-Pulizija kellhom għajnejhom fuq Koster kull darba li ġiet Malta biex iżżur is-sieħeb tagħha, Charlie Zammit, li l-Pulizija kienet qed tittratta bħala suspettat traffikant tad-droga.

Huma ssuspettaw li Koster kien qed idaħħal id-droga għal Zammit. Il-koppja kienu ġew arrestati minn Pulizija li segwewhom l-Imrieħel mill-ajruport. Il-Pulizija qalet lill-Qorti li minnufih qalulha r-raġunijiet għall-arrest tagħha u ġiet infurmata li kienet suspettata li kien involuta fid-droga. Hija kienet ċaħdet kull involviment u kkoperat mal-uffiċjali tal-Pulizija.

Fl-Isptar Mater Dei, kien ittieħdilha X-ray mill-istonku tagħha u r-radjografu qal lill-Pulizija li ma setax jeskludi li hemm xi ‘foriegn bodies’ f’żaqqha. Imbagħad ġiet amministrata lassattiv hekk kif uffiċjali tal-Pulizija nisa mmonitorjawha għal kull mossa.

Barra minn hekk, filwaqt li setgħet tħossha imbarazzata, eżami mediku intimu minn tabib ta’ sess differenti. Il-Qorti Kostituzzjonali qalet li l-mandat ta’ arrest u tfittxija kien ġie awtorizzat minn Maġistrat kien bbażat fuq suspett raġonevoli.

Il-Qorti qalet ukoll li il-Pulizija kellha raġunijiet tajbin biżżejjed biex iżżomm lill-mara taħt arrest. Il-fatt li l-koppja saqu lejn żona industrijali minflok lejn darhom għamlu lill-Pulizija saħansitra aktar suspettuża.

Il-Qorti ċaħdet il-każ u ddeċidiet biss Koster li kienet suġġetta għal trattament inuman u degradanti.  Ġie deċiż ukoll li l-mara ma kinitx miżmuma għal iktar mill-perjodu preskritt ta’ 48 siegħa u li l-Pulizija kellhom raġuni tajba biżżejjed biex iżommuha taħt għassa kostanti. Għal Koster dehru l-Avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia.