Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-Gvern jidher bla pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika għal wara l-pandemija COVID.
Fil-parlament Mario de Marco qal li l-pandemija effetwtat b’mod qawwi l-ekonomija bi prijorità lit-turiżmu. Bejn Marzu u Ġunju 2020 l-ekonomija naqset b’iktar minn 17%; kienet biss l-ekonomija Spanjonla li naqset b’iktar. Malta kellha wkoll it-tielet l-ikbar tnaqqis fl-ekonomija mill-pajjiżi tal-UE kollha.
Fis-sajf kien hemm tkabbir ta’ 12.7% fl-ekonomija fuq is-seba’ xhur ta’ qabel iżda l-ġid maħluq kien iktar minn 9% inqas mis-sena ta’ qabel. Dan juri li l-ekonomija hi esposta għax-xokkijiet internazzjonali u dipendenti fuq it-turiżmu. In-nuqqas ta’ tmexxija Laburista kien li ma kompliex bi pjan ta’ diversifikazzjoni ekonomika li kien beda l-PN fil-Gvern.
Maro de Marco qal fl-2020 kien hemm 12,490 persuna bla xogħol; żieda ta’ 2,500 persuna jfittxu x-xogħol; u b’diżimpjieg ta’ 4.5%. Dan ma jinkludi l-eluf ta’ ħaddiema barranin li telqu meta faqqgħet il-pandemija u l-euf ta’ ħaddiema li qed jitħallsu biss parti mill-paga.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ekonomija kienet diġà bdiet turi tnaqqis fl-aħħar sitt xhur qabel il-pandemija COVID. L-ekonomija baqget tiddependi wisq mit-turiżmu għaliex ma kienx hemm id-diversikifazzjoni neċessarja. Il-Gvern kellu biss viżjoni waħda li kienet il-bejgħ tal-passaporti, il-kostruzzjoni, id-dipendenza fuq ħaddiema barranin u l-cryptocurrency, li falliet totalment.
Il-Gvern dejjem jirrifjuta li jiddiskuti l-pjan ekonomiku għall-futur, sostna Mario de Marco, li kkritika wkoll il-mod kif il-Gvern ħadem fil-perjodu tal-panemija. Il-Gvern għażel li jagħmel dikjarazzjonijiet assurdi u ta x’jifhem li l-problemi tant li fetaħ l-ajruport bla ebda kontrolli ħlief fil-mekkaniżmi li ħadd ma kien jaf x’inhuma. Il-Gvern ried jagħmel Malta Ibiża fil-Medditerran meta anki Ibiża stess kienet magħluqa.
Dwar in-nuqqas ta’ governanza, id-deputat Nazzjonalista qal li l-Gvern qed jffaċċja iktar kundanni fil-mod kif jitratta s-saltna tad-dritt. Dawn qed ikompli jħammru wiċċ Malta fejn Malta niżlet fl-inqas livelli li qatt kienet fil-korruzzjoni. Dan qed iwassal biex iktar negozji qed jagħżlu li ma jiġux Malta u biex aktar banek internazzjonali jaqtgħu l-kuntatti ta’ korrispondenza ma’ Malta.
L-ekonomija Malta qabel il-pandemija kienet tiddependi mit-turiżmu, sostna d-deputat Nazzjonalista, li qal li l-ġid mhux ikun distribwit b’mod ġust. L-ammont ta’ ħaddiema barranin tela’ għal 68,000 persuna b’effetti qawwija fuq infrastruttura tal-pajjiż. Il-barranin ġabu żieda fil-konusm iżda l-effetti fuq l-infrastruttura ma kienux ippjanati u għalhekk kellhom effetti negattivi.
Id-deputat Nazzjonalista tratta l-impatt tal-ekonomija fuq id-dħul fis-salarji li naqas b’€60 miljun u fuq in-negozji. L-effetti tal-paga ammonta għal €1,000 kull ħaddiem fis-sena. It-turisti fl-2020 kien 680,000 meta 300,000 kienu diġa ġew fl-ewwel tliet xhur tas-sena meta l-ekonomija kienet normali; dan ifisser li minn Marzu sal-aħħar tas-sena ġew Malta 300,000 biss.
Il-mira tal-MTA kienet miljun turist fis-sena mhux minħabba l-COVID iżda minħabba l-mod mhux korrett li ħadmu bih fosthom billi organizzaw attivitajiet tal-massa. Illum
Malta għandha l-ħames ministru tat-turiżmu fl-aħħar seba’ snin ta’ Gvern Laburista’ falliment totali fil-politika tat-turiżmu Laburista.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-membri tal-ekwipaġġ għadhom mhux vaċċinati minkejja li dawn jiffaċċjaw lit-turisti bħala frontliners.
Il-Eurostat stabilixxa li l-impatt fuq l-impjiegi kien ta’ 6,400 u l-qagħad żdied b’2,600, sostna Mario de Marco, li kompla li kien tnaqqis ta’ €1.7 biljun fil-konsum. Fil-lukandi kien reġistrat kien reġistrat tnaqqis ta’ 65% waqt li tnaqqis kbir ieħor kien reġistrat fis-settur tal-ħwienet u tar-ristoranti. Hu sostna li s-sidien tar-ristoranti huma mweġġa’ għaliex ġew ordnati jagħlqu mil-lum għal għada minħabba t-traskurġani tal-Gvern.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li s-sidien tal-ħwienet qed jaffrontaw sitwazzjoni diffiċli għalkemm il-bejgħ żdied f’Diċembru 2020 galkemm dan ma jaqbilx mal-informazzjoni li qed tasal għand l-Oppożizzjoni. Jirriżulta mill-NSO li fl-2020 l-ekonomija ċkienet b’7%, li jlaħħaq it-12% f’termini reali.
Kollox jindika li l-2021 se tkun sena diffiċli għalkemm hu mistenni li jkun hemm ċaqlieqa żgħira; kollox jiddependi mit-turiżmu. Pajjiżi oħra, bħar-Renju Unit u l-Greċja, irnexxielhom jikkontrollaw il-pandemija, sostna d-deputat Nazzjonalista.
Mario de Marco qal l-ispiża rikorrenti tal-Gvern irdoppjat minkejja li kien imwissi u sostna li l-Gvern għamel żball fl-istima tad-deficit. Hu qal li l-COVID tat l-opportunità li l-ekonomija tal-futur tkun aħjar u opportunità biex titfassal ekonomija differenti minn dik tal-passat għaliex l-ekonomija qatt m’hi se terġa’ tmur għal dak li kienet.
Hu staqsa fejn huma l-miżuri għat-trasformazzjoni tal-ekonomija u għall-innovazzjoni, x’inhu l-pjani tal-Gvern għall-użu tal-fondi tal-UE, għaliex il-Gvern qed iżomm mistur il-mod kif se jintefqu €800 miljun f’fondi mill-UE u x’se jagħmel il-Gvern biex jindirizza l-isfidi tas-settur finanzjarju u tas-sistema ta’ tassazzjoni. Il-PN lest jappoġġja lill-Gvern għal politika serja fis-settur finanzjarju.
Hu staqsa wkoll x’inhuma l-pjani għall-Air Malta u għaliex il-ministru preżenti warrab il-pjani tal-ministru ta’ qablu. Il-Gvern m’għamilx konsultazzjoni dwar l-għajnuna statli li l-Gvern se jitlob għall-Air Malta.
Dan hu l-aħħar ċans għal Malta biex isseħħ it-trasformazzjoni ekonomika, sostna Mario de Marco.
//= $special ?>