Kevin Cutajar , PN
Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li b’dak li qed iwettaq il-Gvern Laburista bħalissa hu fuq l-istess linji ta’ dak li Gvern Laburista għamel fis-sebgħinijiet u t-tmeninijiet fil-konfornt tad-demokrazija u l-libertà fil-pajjiż.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar qal li l-Gvern qed jipprova jgħatti mit-tieqa f’din il-liġi għaliex jaf li mhux possibbli li jbiddel il-kostituzzjoni.
Jekk dan l-abbozz ta’ emendi fil-Liġi tal-Interpretazzjoni jgħaddi, dan iħalli effetti devastanti fuq il-kostituzzjoni Maltija għaliex ħadd m’għandu jkun kastigat jekk ma jkun għadda minn proċess fil-qorti. Dan hu abbozz anti-kostituzzjonali fejn diversi esponenti qed jikkritikaw bil-qawwi lill-Gvern.
Hu qal li jidher li l-Gvern qed jieħu fitt iktar ħin fuq din il-liġi u sostna li l-Gvern hu maqbud fil-mossa li firex hu stess. Dan wara li l-Gvern beda jilgħab logħba politika perikoluża ħafna fejn kien qed jagħmel li jrid.
Hu kkritika l-Gvern għal-mod kif kisser l-istituzzjonijiet u qal li dak li qed jagħmel illum il-Gvern hu l-istess kif kien għamel fis-snin sebgħin u tmenin bi sfreġji fuq id-demokrazija. Wasal għalhekk iż-żmien li l-PL jmur fl-Oppożizzjoni biex forsi jitgħallem darba għal dejjem.
//= $special ?>