Fl-aħħar ħin, in-numru ta’ familji li jistgħu jiltaqgħu f’residenza privata tniżżel minn erbgħa għal tnejn.
Dan ħabbritu s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt intervista mat-Times of Malta.
Il-limitu ta’ erba’familji kien tħabbar ġimgħatejn ilu u dan il-limitu baqa’ fis-seħħ anke meta tħabbru miżuri aktar stretti ġimgħa ilu.
Madankollu b’mod immedjat issa mhux se jkunu jistgħu jinġabru aktar minn żewġ familji f’dar waħda f’ħin wieħed.
Mhux magħruf eżatt kif dan il-limitu se jkun infurzat.
//= $special ?>