Sport Sport Ieħor

Ippublikata l-lista tal-isports li jista’ jkun prattikat

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ħarġet lista ta’ dixxiplini sportivi li jistgħu jkunu prattikati skond l-aħħar miżuri maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa, b’rabta mal-Covid 19.

Dan seħħ wara li l-isports kollu f’pajjiżna kien projbit fl-aħħar miżuri li kienu mħabbra mill-Prim Ministru Robert Abela, b’rabta mar-rekord ta’ każijiet li nstabu f’Malta, fl-aħħar ġimgħat.

Minkejja dan, wara nuqqas ta’ ċarezza dwar liema sport seta’ jiġi prattikat u liema sport kien projbit, l-awtoritajiet tas-saħħa ippublikaw il-lista tal-isports li huwa permess li jkun prattikat li ma jaqax taħt attivatijiet sportivi organizzati, taħt il-gwida tal-protokolli u r-regoli maħruġa mill-istess awtoritajiet.

L-isport li huwa permess li jsir huwa : Il-mixi, il-jogging, il-ġiri, sessjonijiet ta’ fitness u żfin b’distanza soċjali adekwata ta’ 2 metri, iċ-ċikliżmu, il-climbing, horse riding, il-golf, it-tennis, il-padel, l-isparar, l-għawm, l-ibburdjar fuq dinghies individwali jew dgħajjes kbar li huma adekwati għad-distanza soċjali bejn il-persuni, l-archery, is-sajd, il-ġinnastika, motorsports, model aircrafts, scuba diving, skateboarding, surfing u weightlifing.

Il-parteċipanti fl-attivitajiet spotivi imsemmija iridu jsegwu dawn ir-regoli :

  • Individwi jistgħu jiltaqgħu barra sa massimu ta’ 4 persuni (sakemm ma jkunux jgħixu fl-istess residenza) sabiex jippratikaw xi sport sabiex jibqgħu sana u jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju. Dawn l-attivitajiet jridu jimxu mal-linja gwida maħruġa dwar il-Public Gatherings.
  • Sports ġewwa u attivita fiżika f’residenzi privati jrid ikun konform mal-linji gwida tal-Gruppi ta’ Persuni fi Propjetajiet residenzjali.
  • Kull forma ta’ kompetizzjoni hija projbita, skond l-awtorita’ tas-saħħa.
  • Kull sport u attivita’ fiżika trid isir b’mod li ma tiġbidx lejha spettaturi.

Is-Supretendent tas-Saħħa saħqet ukoll li kull persuna għandha timxi mar-regoli l-oħra kollha f’kull ħin tal-ġurnata. Id-dokument legali jisħaq ukoll li s-Supretendent tas-saħħa pubblika tista’ tagħti esenzjoni lit-timijiet nazzjonali Maltin mir-regoli dwar l-attivitajiet sportivi, b’rabta ma partiti internazzjonali, bħal ma’ seħħ fil-konfront tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol fejn ingħata permess speċjali sabiex jilgħab il-partita kontra r-Russja bħal-lum ġimgħa.