Futbol Sport

It-tim Malti tan-Nisa ta’ taħt id-dsatax-il sena fi grupp mal-Iżrael, ir-Rumanija u l-Ġorġja

It-tim Nazzjonali tan-Nisa ta’ taħt id-dsatax-il sena se jilgħab kontra l-Iżrael, ir-Rumanija u l-Ġorġja, fi Grupp B4 ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropej.

It-tim immexxi minn Frankie Schembri assistit minn Rosalie Borg, se jilgħab dawn il-partiti bejn l-14 u l-21 ta’ Settembru u bejn id-19 u s-26 t’Ottubru tal-2021.

Tmien timjiet minn 52 nazzjon li qed jieħdu sehemcfir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni, jgħaddu għall-fażi finali se jsiru fir-Reppublika Ċeka, fl-2022.