Internazzjonali

Iżrael: Jivvutaw is-suldati fl-ewwel fażi tal-elezzjoni

Iżrael jinsab fl-aħħar fażi ta’ tħejjija għar-raba’ elezzjoni ġenerali f’anqas minn sentejn, b’numru ta’ suldati issa qed jivvutaw fil-proċess bikri tal-elezzjoni li hi programmata għat-23 ta’ Marzu.

Din il-fażi tal-proċess qed issir fi stazzjon tal-votazzjoni mobbli, f’bażi militari qrib ta’ Kibbutz Regavim u meta l-pajjiż qed iħares il-prekawzjonijiet kollha possibbli waqt il-pandemija tal-coronavirus.

Il-Prim Ministru Iżraeljan attwali, Benjamin Netanyahu, ilu jmexxi pajjiżu għal 12-il sena li hu rekord għal kull żmien f’Iżrael. Sadanittant Netanyahu qed jittama li joħroġ rebbieħ anki din id-darba biex jestendi l-mandat storiku tiegħu.