L-Aġenzija Ewropea dwar il-mediċini l-EMA iddikkjarat li ma hemm l-ebda indikazzjon li l-vaċċin ta’ Oxford-Astrazeneca huwa l-każwa ta’ kumplikazzjonijiet fis-saħħa bħat-trombożi.
L-EMA kienet għaddejja b’evalwazzjoni każ b’każ ta’ trombożi u kumplikazzjonijiet simili u kellha tikkonkludi l-istudji tagħha sal-Ħamis. Madankollu lbieraħ filgħaxija l-aġenzija qalet li kienet konvinta li l-benefiċċju tal-vaċċin bil-wisq jisboq ir-riskju u s-side effects tiegħu.
Intant wara din l-istqarrija tal-Aġenzija Ewropea, il-Prim Ministru Taljan Mario Draghi qal li t-tilqim bil-vaċċin ta’ Astrezeneca issa jista’ jkompli f’pajjiżu.
L-istudji fuq il-vaċċin u l-effetti tiegħu bdew wara li l-Aġenzija Norveġiża tal-Mediċini żvelat li erba’ adulti li kienu ħadu t-tilqima ta’ Astrazeneca għall-Covid-19 kienu żviluppaw trombożi.
Kelliema għall-EMA qalet li fit-testijiet kliniċi tal-vaċċin kemm persuni li kienu ngħataw il-vaċċin ta’ Astrazeneca kif ukoll dawk li kienu ngħataw placebo jew tilqima li ma jkunx fiha l-ingredjenti tal-vaċċin, kienu żviluppaw ċapep tad-demm f’numri żgħar ħafna. Dan jindika li din hija inċidenza naturali li tiġri indipendentement mill-vaċċin.
//= $special ?>