Internazzjonali

L-Ingliżi ta’ 50 sena u ‘l fuq jistgħu jibbukkjaw il-vaċċin

Il-proċess tat-tilqim fir-Renju Unit miexi b’ritmu tajjeb ferm tant li issa kull min għandu ‘l fuq minn 50 sena qed ikun mistieden jibbukkja t-tilqima tiegħu fuq is-sit tas-servizz tas-saħħa tal-pajjiż, l-NHS.

Il-Gvern Ingliż kien wiegħed li sa Mejju l-adulti ta’ 50 sen u ‘l fuq kineu se jingħataw l-opportunità tli jibbukkjaw it-tilqima. Iżda jidher li l-proċess miexi tant b’ritmu tajjeb li issa dan it-timeframe mexa ‘ quddiem b’xahrejn.