Lokali

Maltco Lotteries sponsor uffiċjali ta’ SportMalta Award għad-9 sena konsekuttiva

Nhar it-Tlieta, 16 ta’ Marzu, 2021, Malta Lotteries sponsorjat -il 61 edizzjoni ta’ SportMalta Awards – Għażliet Sportivi Nazzjonali, biċ-ċerimonja finali ġiet mtellgħa virtwalment is-Sibt 13 ta’ Marzu.

Minkejja s-sitwazzjoni preżenti, l-operatur tal-Lotterija Nazzjonali xorta waħda ra kif juri l-apprezzament lejn il-kisbiet tat-talent lokali matul l-2020 u aktar minn hekk sabiex ikun minn ta’ quddiem bħala sponsor uffiċjali għal dawn l-unuri, permezz ukoll ta’ sostenn finanzjarju.

Din kienet id-9 sena konsekuttiva li Malta Lotteries taw is-sostenn tagħhom lil din l-inizjattiva.

Is-sostenn kostanti ta’ din il-kumpanija għal din is-serata kienet konfermata wkoll mill-Kap Eżekuttiv ta’ Malta Lotteries, Vasileios Kasiotakis fejn saħaq li l-kumpanija temmen li l-kontribuzzjoni tagħhom lejn l-isport hija essenzjali lejn l-għan tal-kumpanija u għaldaqstant dan l-avveniment sar parti mill-kalendarju annwali tagħhom.

Huwa spjega li s-sostenn li tagħti l-kumpanija jinvolvi wkoll sostenn finanzjarju mgħoti lir-rebbieħa tal-kategoriji maġġuri bħala inkoraġġiment u inċentiv akbar fil-karriera sportiva tagħhom.

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti Sport Maltin, Sandro Micallef, irringrazzja lil Maltco Lotteries tas-sostenn kontinwu tagħhom, mhux biss għal dan l-avveniment iżda ankè għal kontribuzzjoni fl-iżvilupp tal-isport f’pajjiżna.

Ir-rebbieħa tal-kategoriji maġġuri kienu s-segwenti;

  • Sportsman of the Year – DEJAN GRECH (Eight Ball Pool)
  • Sportswoman of the Year – HALEY BUGEJA (Football)
  • Female Sports Youth of the Year – TENISHIA THORNTON (Weightlifting)
  • Sports Team of the Year – MALTA NATIONAL FEMALE FOOTBALL TEAM (Football)
  • Sports Coach of the Year – DEVIS MANGIA (National Men Football Team Coach)
  • Sports Official of the Year – JOSEPH MUSCAT (General Secretary Malta Basketball Association)

Maltco Lotteries ikkongratulat lir-rebbieħa kollha u faħħret il-ħidma sfieqa u d-dedikazzjoni tagħhom filwaqt li awguratilhom għal aktar suċċess.

Għal aktar informazzjoni ibgħat e-mail hawn jew żur is-sit online. Kif ukoll tista’ ċċempel lill-helpline ta’ Maltco fuq 23883333.