Team New Zealand rnexxielhom jiksbu is-36 titlu tal-America’s Cup b’rebħa ta’ 7-3 fuq it-tim Taljan Luna Rossa.
Team New Zealand rebħu ħamest’ itlielaq wara xulxin wara li kienu 3-2 minn taħt f’ serje li kienet ta’ tlettax-il tellieqa. Bir-rebħa fl-għaxar tellieqa, Team New Zealand għalaq is-serje qabel saru it-tlettax-il tellieqa, b’wirja dominanti, biex żammew l-iktar trofew antik fl-istorja tal-isport internazzjonali.
Dan kien ir-raba’ trofew għal dan it-tim wara rebħiet fl-1995, 2000 u fl-2017. Għal din it-tellieqa kien organizzat villaġġ sportiv fi New Zealand, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet, fejn il-pubbliku seta’ jattendi mingħajr restrizzjonijiet marbuta mal-Covid 19.
