Il-Greċja qed issejjaħ biex it-Turkija tieħu lura madwar 1,500 immigrant li kienu qasmu lejn l-artijiet tagħha u li baqgħu ma ngħatawx il-kenn politiku.
Il-Ministru Grieg responsabbli mill-Immigrazzjoni, Notis Mitarachi, enfasizza li numru ta’ pajjiżi bħall-Greċja, li huma magħrufin bħala ‘frontline states’ qed ikollhom jerfgħu l-akbar piż relatat mal-kriżi tal-immigrazzjoni fl-Ewropa.
Intant, il-Ministru, b’referenza għall-immigranti li qasmu lejn il-Greċja mit-Turkija, qal li feġġet l- opportunità biex il-Gvern Tork juri r-rieda li jikoopera mal-Unjoni Ewropea rigward il-ftehim tal-2016 bil-għan li it-Turkija trażżan il-movimenti tar-refuġjati u immigranti illegali miz-zoni tagħha.
Il-ftehim tal-2016 kien jesiġi l-ħlas ta’ sitt biljun ewro lit-Turkija biex twaqqaf lill-immigranti li qed ifittxu kenn politiku milli jaqsmu lejn il-Greċja u l-Bulgarija.
//= $special ?>