Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus sostna li l-Gvern għandu jikkunsidra pożittivament proposta li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi għamel dwar il-bypass tal-Imrieħel f’Ħal Qormi.
Fl-Aġġornament tal-parlament Ryan Callus tkellem dwar il-proposta tat-twessiegħ tal-by-pass tal-Imrieħel u qal li dan hu l-aħħar ċans li tkun salvata żona agrikola fir-raħal. Hu sostna li se jittieħdu 14-il tommna art agrikola u fakkar kif tkellmu wkoll diversi awtoritajiet kontra dan l-iżvilupp. Lill-bdiewa l-awtoritajiet qalulhom li kien gawdew l-art biżżejjed; dan hu kliem ta’ arroganza.
Hu qal li kienet saret laqgħa bejn il-Ministru Ian Borg Borg u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li fiha l-Kunsill kien mistieden jippreżenta proposta alternattiva. Din il-proposta issa terssqet u swiet €5,000.
Hu sellem lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li b’mod umaninu vvota kontra l-proposta tal-Gvern u wera sens ta’ maturità. Il-proposta tipproponi li t-traffiku jgħaddi minn taħt l-art tul il-by-pass kollha tal-Imrieħel u jingħaqad mas-Central Link.
Il-livell eżistenti tal-bypass tkun imħollija għal spazju miftuħa u żewġ karreġġjati ta’ karrozzi li jridu jsuqu b’veloċità limitata. Minn din il-propost se jibbenefika kulħadd, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella lill-Prim Ministru Robert Abela u lill-Ministru Ian Borg biex jikkunsidraw il-proposta tal-Kunsill Lokali.
Ryan Callus tkellem dwar ir-restawr tal-Kappella tal-Lunzjata Fuq is-Salib tal-Għolja u qal li din tinsab fi stat diżastruż u jeħtiġilha restawr għaliex tinsab fi stat perikoluż li tiġġarraf. Hu appella biex isir dan ir-restawr flimkien mal-konservazzjoni taż-żona kollha.
//= $special ?>