Tmien persuni inqatlu fi tliet episodji ta’ sparaturi f’Atlanta.
L-ewwel indikazzjonijiet huma li t-tliet sparaturi twettqu mill-istess persuna.
It-tmien vittmi kienu qegħdin fi tliet ċentri tal-massaġġi fil-belt fl-istat ta’ Georgia. Tnejn mit-tliet stabbiliment jinsabu faċċata ta’ xulxin u l-ispa l-ieħor jinsab tletin mil bogħod, f’Cherokee County.
Sitta mit-tmien vittmi huma nisa Ażjatiċi.
Filmati tal-inċident f’Cherokee County juru vettura tal-persuna suspettata li wettaq id-delitt fiż-żona qrib fejn seħħ il-qtil.
Aktar tard il-Pulizija arrestaw lir-raġel suspettat li huwa responsabbli tal-isparaturi – żagħżugħ ta’ 21 sena. Hu instab madwar 150 mil bogħod minn Atlanta tliet sigħat u nofs wara li wettaq id-delitti u twaqqaf mill-Pulizija wara li huma ġrew warajh sakemm tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu.
//= $special ?>