Il-leġġenda tal-Golf, Tiger Woods, irritorna lura d-dar wara l-inċident li kellu bil-karozza ix-xahar li għadda, fejn sofra diversi ġrieħi gravi li ħallew l-isptar għal diversi ġimgħat.
L-Amerikan, 45, kellu jkun operat fil-qasba ta’ siequ kif ukoll fl-għaksa minħabba l-ġrieħi li sofra. F’messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu, Tiger Woods qal li jinsab ferħan li se jirritorna d-dar fejn se jkompli it-triq tiegħu sabiex jirkupra, filwaqt li rringrazzja lill-istaff mediku u lil dawk li fl-aħħar gimgħat offrewlu l-għajnuna tagħhom u tawh il-kuraġġ fi żmien diffiċli.
Lura fis-27 ta’ Frar Woods kien nstab mitluf minn sensih bid-demm ma’ wiċċu, wara li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu f’Los Angeles, California.
