Raġel ta’ 42 sena mill-Kosta ta’ Ivorju ġie kundannat tliet snin ħabs u multa ta’ €3,000 wara li nstab ħati mill-Maġistrat Neville Camilleri li kellu fil-pusses tiegħu 360 gramma kokaina, droga eroina, kannabis grass u kannabis reżin, liema droga ma nstabitx f’ċirkostanzi li kienet għal użu personali tiegħu.
Mohammed Kouruma nstab ħati ta’ pusses aggravat wara li fl-appartament tiegħu nstabu erba’ tipi ta’ droga u dan f’distanbza ta’ 100 metru minn skola jew post fejn b’mod frekwenti jiltaqgħu ż-żgħażagħ.
Kouruma mhuwiex wiċċ ġdid għall-Pulizija fejn għandu wkoll każ pendenti fuq id-droga fejn fuqu mistenni jgħaddi ġuri. Huwa nstab ħati wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ. L-Ispettur Nikolai Sant qal li l-Pulizija mill-iskwadra ta’ kontra d-droga kienet rċeviet informazzjoni kunfidenzjali li Kouruma kien qed jagħmel qliegħ mid-droga.
Fl-appartament tiegħu kienu nstabu numru ta’ droga, deskritta bħala ħanut tad-droga. Qal li fis-26 ta’ Frar tal-2015 ghal habta tas-1.00pm, kellhom Mandat ta’ Arrest u Tfittxija, kienu qed jaghmlu osservazzjoni vicin ir-residenza tal-imputat fi Triq l-Alka, San Pawl il-Bahar.
Spjega li għall-habta tal-4.00pm, l-imputat ġie imwaqqaf minn Surġent hekk kif kien qed javviċina l-vettura tieghu. Qal li huwa ġħie informat b’dak li kien instab u b’hekk mar fuq il-post fejn informa lill-Maġistrat tal-Ghassa li ordnat li tinfetaħ Inkjesta Maġisterjali.
Aktar tard huwa nterroga lill-imputat li minkejja li għall-ewwel kien indeciż jekk ikellimx avukat, wara ddeċieda li jikkonsulta mal-Avukat Veronique Dalli. Il-Kunstistabbli Clayton Frendo qal li kien xogħol ma’ żewġ Pulizija oħra fejn kienu marru fuq Mohammed Kouruma biex ikellmuh. Wara tfittxija fuqu sabulu l-ammont ta’ €600 fi flus kontanti u kif ukoll żewġ mobile phones.
Qal li l-imputat indikalhom li kellu l-vettura pparkjata fl-istess triq u li minn tfittxija li għamel hu fiha ma nstab xejn illegali. Wara daħlu fir-residenza tal-imputat u bdiet issir tfittxija minnu fil-kamra tas-sodda fejn jghid li f’’chest of drawers’ sab erba’ mobile phones u fil-gwardarobba sab zewg boroż żghar b’għoqda fit-tarf.
Waħda kienet ta’ kulur iswed u oħra transparenti bi trab abjad. Spjega wkoll li f’bagalja fil-kamra tassodda li kienet fil-kantuniera sabu €1,400 f’ envelope kannella u kif ukoll xi ħwejjeġ oħra.
Minn hemm komplew it-tfittxija fil-kċina fejn sab żewġ pakketti oħra bi plastik abjad bħal ma kien sab fil-gwardarobba fil-kamra tas-sodda pero’ it-trab hawn kien kannella.
Jixhed li fil-kċina kien hemm sufan jinfetaħ li kellu l-qiegħ vojt u taħt dan is-sufan kien hemm borża kbira sewda li fiha kien hemm hafna affarijiet li kienu: borża bajda b’weraq aħdar suspettat kannabis, bicca reżina f’borża trasparenti suspettata kannabis, borża oħra trasparenti b’weraq aħdar u fl-istess
borża kien hemm 15-il pakkett żgħir ippakjati b’weraq aħdar l-istess bhal ma kien hemm fil-borża l-kbira. Jghid li fl-istess borża sewda kbira taħt is-sufan, sabu wkoll żewġ kapsoli bi trab kannella suspettat eroina u zewg kapsoli u nofs bi trab abjad suspettat kokaina.
Kompla jgħid li sabu wkoll 11-il-pakkett bi ‘plastic bags’ żgħar bhal ma rrifera ghalihom qabel uħud minnhom vojta u sabu wkoll żewġ imwieżen zgħar, bott abjad bi trab abjad, żewħ pilloli bojod u crusher fl-istess borża.
Fl-istqarrija rilaxxata mill-imputat kien qal li huwa ġuvni u li ghandu tifel ta’ 10 snin. Spjega li kien jaħdem fil-kostruzzjoni pero kien ilu sitt xhur wieqaf mix-xogħol. Mistoqsi jgħid ta’ min huma s-sustanzi suspettati droga li nstabu waqt tfittxija fir-residenza tiegħu qal li tahomlu xi ħadd biex iżommhom.
Mistoqsi jgħid min hu dan il-persuna li tah id-droga, wieġeb li ma jafx x’jismu pero qal li hu jafu u li jsejjaħlu Johnny. Lil dan Johnny jiddeskrivih bħala persuna ta’ karnaġġjon skur, u huwa mill-Ghana, gġandu dokumenti Taljani u li joqgħod Buġibba pero’ ma jafx eżatt fejn.
Il-Qorti qalet li wara li qieset ix-xhieda, l-Prosekuzzjoni rnexxielha mingħajr dubju li l-impuat huwa ħati. Qieset ukoll in-natura serja tal-akkużi, li kollha kemm huma ġew sodisfaċentement pruvati.
Qieset ukoll il-kondotta tal-imputat li hija waħda nadifa, l-ammont ta’ droga misjuba, li m’huwiex wieħed żgħir u l-fatt li l-verżjoni mogħtija minnu ma ġietx emnuta mill-Qorti.
Għaldaqstant Mohammed Kouruma nstab ħati tal-imputazzjonijiet kollha miġjuba fil-konfront tiegħu u ġie ikkundannah gġal perjodu ta’ tliet snin priġunerija u kif ukoll għall-ħlas ta’ multa ta’ €3,000.
Il-Qorti ordnatlu ukoll jħallas l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu mal-ħatra ta’ l-esperti jiġifieri s-somma ta’ €4,182.37. Il-Qorti ordnat ukoll id-distruzzjoni tad-droga eżebita u tal-affarijiet relatati magħha.
Il-Qorti finalment ordnat l-konfiska favur il-Gvern tal-oġġetti kollha li dwarhom saru r-reati u ta’ kull flejjes jew proprjetà mobbli u immobbli oħra tal-hati.
//= $special ?>