Fl-iStadio Olimpico Grande Torino, Torino rnexxielhom idawwru telfa f’rebħa fl-aħħar minuti tal-partita, bl-iskor finali jkun dak ta’ 3-2. Sassuolo marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta fis-sitt minuta, Francesco Caputo għadda bir-ras lejn DOMENICO BERARDI li kkonkluda ġewwa għal 1-0. Sassuolo rdoppjaw fit-38 minuta meta minn cross ta’ Jeremy Toljan, reġa’ kien DOMENICO BERARDI li b’konlużjoni tajba għeleb lil gowlkiper ta’ Torino, Salvatore Sirigu.
Fit-tieni taqsima Torino ħarġu aktar aggressivi u l-pressjoni tagħhom ħalliet l-impatt mixtieq fis-77 minuta, meta Antonio Sanabria waqqa’ tajjeb bir-ras lejn SIMONE ZAZA, li tefa’ l-ballun fix-xibka għal 2-1. Sakemm fis-87 minuta Torino kisbu l-gowl tad-dro meta minn xutt ta’ Amer Gojak, Andre Consigli ma żammx tajjeb, b’ROLANDO MANDRAGORA japprofitta u jiskorja għal 2-2. Madanakollu, hekk kif il-partita dehret li sejra għal dro, fit-92 minuta cross ta’ Cristian Ansaldo sab lil SIMONE ZAZA li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Consigli għal 3-2.
B’din ir-rebħa Torino drammatika Torino nqalgħu miż-żona relegazzjoni u telgħu fis-sbatax il-post tal-klassifika bi 23 punt, filwaqt li Sassuolo baqgħu fit-tmien post b’ 39 punt.
//= $special ?>