Wara li l-eks President Amerikan kien għamel żmien twil jipprova jxejjen it-tħassib dwar il-virus tal-Covid-19 meta kien għadu qed imexxi l-pajjiż, issa qed jappella biex sħabu r-Repubblikani jitlaqqmu.
F’intervista li ta lil Fox News ilbieraħ, Trump qal li hu jirrakkomanda lil kull min ma jridx jieħu l-virus biex jieħu l-vaċċin.
“Frankament, ħafna minn dawk li ma jridux jieħdu l-virus ivvutaw lili”, qal l-eks President waqt l-intervista. “Il-vaċċin huwa tajjeb, huwa sigur u jaħdem”.
Donald u Melania Trump ħadu l-vaċċin bil-moħbu lura f’Jannar li għadda.
//= $special ?>