Futbol Sport

Daniele De Rossi fl-istaff tekniku tat-tim nazzjonali Taljan

L-eks midfielder Taljan Daniele De Rossi ssieħeb fl-istaff tat-tim nazzjonali Taljan bħala wieħed mill-kollaboraturi tekniċi li se jkunu qed jgħini lill-kowċ Robeto Mancini.

De Rossi ffirma kuntratt mal-Figc sat-tmiem il-Kampjonati Ewropej li se jsiru fis-sajf li ġej, filwaqt li qal li jħossu kburi li se jibda din l-avventura mat-tim nazzjonali Taljan.

L-Italja se tkun qed tilgħab fi Grupp A flimkien mal-Iżvizzera, t-Turkija u Wales. Daniele De Rossi lagħab 117-il darba għat-tim nazzjonali Taljan fejn skorja 21 gowl. Hu lagħab ukol għal Roma fejn libes il-flokk tat-tim mill-kapitali għal 459 darba.