Sport Sport Ieħor

Għaxar atleti Russi mistennija jipparteċipaw fl-Olimpjadi bħala atleti newtrali

(Ritratt: EPA)

Massimu ta’ għaxar atleti Russi se jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Tokjo li se jsiru fis-sajf li ġej, b’dawn l-atleti jipparteċipaw bħala atleti newtrali.

Din l-aħbar kienet ikkonfermata mill-World Atheltics wara li dawn l-atleti Russi laħqu l-kriterji meħtieġa sabiex jitħallew jipparteċipaw bħala atleti newtrali. Ir-Russja ilha sospiżi milli tipparteċipa minn avvenimenti internazzjonali sa mill-2015, bil-WADA fl-2019 tissospendi lill-pajjiż għall-erba’ snin. Din is-sentenza kienet imnaqqsa b’sentejn f’Diċembru li għadda. B’reazzjoni għal dan aktar kmieni dan ix-xahar, il-World Atheltics approvat pjan ta’ riforma mir-Russja.

Fil-World Atheltics Championships ta’ Doha li sar fl-2019 kien hemm 29 atleta Russu li ħadu sehem bħala atleti newtrali, bi tnejn minnhom jirbħu d-deheb.