Lokali

Iċedi saqaf ta’ residenza privata f’Tas-Sliema

Dalgħodu, għall-ħabta tal-4:00am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident f’residenza fi Triq San Pawl, Tas-Sliema.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel u mara ta’ 75 sena weġġgħu għax ċeda saqaf bihom.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei fejn ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fil-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.