Sport Sport Ieħor

Il-Kap tal-Kreattività tal-Olimpjadi ta’ Tokjo jirrżenja wara kummenti dispreġjattivi

Il-Kap tal-Kreattività tal-Olimpjadi ta’ Tokjo Hiroshi Sasaki kien sfurzat jirriżenja wara li għadda kummenti dispreġjattivi fil-konfront tal-figura ta’ Naomi Watanabe, persuna famuża fit-teatru fil-Ġappun.

Din ir-riżenja waslet ftit tal-ġimgħat wara li l-President tal-Logħob Olimpiku ta’ Tokjo Yoshiro Mori li kellu jirriżenja wara kummenti sessissti.

Sasaki li kien responsabbli miċ-ċerimonja tal-ftuħ u ċ-ċerimonja tal-għeluq qal li l-kummenti tiegħu fil-konfront ta’ Watanabe setgħu nftehmu b’mod żbaljat filwaqt li skuża ruħu mal-persuna nvoluta kif ukoll ma’ kull min ħassu nsultat bil-kummenti tiegħu.