Il-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja tal-vitma li dalgħodu tilef ħajtu waqt li kien jagħmel xogħol mal-Ministeru għal Għawdex fuq il-latrina tad-Dwejra.
Fi stqarrija l-Kunsill qal li jinsab maqgħud fil-ħsieb u fit-talb mal-familja. Il-Kunsill Lokali segwa mill-qrib il-ħidma li saret dalgħodu mill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, il-pulizija u tal-isptar. Filwaqt li mill-ġdid juri s-sogħba tiegħu ghat-telfa ta’ dan il-missier ta’ zewġ ulied, jirringrazzja lill-ħaddiema kollha għall-ħidma tagħhom biex jippruvaw isalvaw din il-ħajja.
//= $special ?>