Matul il-jum tal-Ħamis kien imniedi l-aktar ċirkwit veloċi fil-Formula 1, dak tal-Arabja Sawdita fejn l-ewwel tellieqa f’dan iċ-ċirkwit mistennija ssir fil-5 ta’ Diċembru.
Il-‘Jeddah Street Circuit’, se jkun twil ta’ 6.175km u se jkun it-tieni l-aktar ċirkwit twil fil-Formula 1 fejn huwa stmat li s-sewwieqa tal-Formula 1 se jilħqu veloċita massima ta’ 250km/h.
Iċ-ċirkwit li jinsab fil-belt ta’ Jeddah, 12km l’bogħod miċ-ċentru tal-belt, jinsab mdawwar bil-baħar l-aħmar fejn fih is-sewwieqa se jkunu jistgħu jużaw id-DRS fi tliet żoni differenti. Dan iċ-ċirkwit kien mibni b’kollaborazzjoni bejn Tilke GmbH& Co. KG u t-team tal-Motorsport tal-Formula 1 imexxi minn Ross Brawn.
//= $special ?>