Ilbieraħ, għal ħabta tas-7:00pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa, Ħaż-Żabbar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 35 sena residenti Bormla, kienet qed issuq Honda Accord, tilfet il-kontroll u ħabtet f’siġra. Fil-vettura, kien hemm ukoll raġel ta’ 38 sena residenti Bormla.
Filwaqt li tim mediku ta l-ewwel għajnuna, il-koppja ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fil-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.
//= $special ?>