Iż-żewġ saċerdoti Għawdxin mixlija bi stupru u abbuż sesswali ta’ minorenni numru ta’ snin ilu, ingħataw il-libertà proviżorja b’kundizzjonijiet.
Rapporti jindikaw li ż-żewġ qassisin, li issa isimhom ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, ingħataw il-ħelsien mill-arrest.
Iż-żewġ saċerdoti kienu ordnati jiffirmaw fl-għassa tal-pulizija u ma jkellmux jew javviċinaw lill-vittma. Jekk jiksru xi waħda mill-kundizzjonijiet li ngħataw jeħlu multa ta’ sebat elef ewro jew sahansitra priġunerija.
Il-kumpilazzjoni se tkompli tinstema’ fil-magħluq fil-jiem li ġejjin quddiem il-Maġistrat Bridgette Sultana….wara li l-kaz ma baqax jinstema quddiem il-Magistrat Monica Vella.

