Lokali

Raġel ta’ 80 sena jweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku

Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Raġel ta’ 80 sena min-Naxxar sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ fid-disgħa u nofs ta’ dalgħodu fi Triq il-Kbira,Ta’ Qali.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn Opel, misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti s-Siġġiewi, u Mitsubishi, misjuqa mill-vittma.

Ir-raġel ta’ 80 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.