Ir-Russja sejħet lura lill-ambaxxatur għall-Istati Uniti fost sitwazzjoni ġdida ta’ tensjoni mat-Tmexxija f’Washington.
Kelliema f’Moska qalu li l-ambaxxatur Anatoly Antonov issejjaħ lura wara li l-President Amerikan Joe Biden qal li l-President Russu Vladimir Putin għad irid iħallas talli allegatament ipprova jindaħal u jimmanipula l-elezzjoni għall-Presidenza tal-Istati Uniti.
Biden, waqt intervista lill-ABC News, tenna l-ħsieb tiegħu li l-President Putin huwa qattiel — b’dan il-kumment jingħata meta l-President Amerikan kien qed jikkummenta dwar rapport sigriet li jissuġġerixxi li Putin kien awtorizza kampanja ta’ indħil fl-aħħar elezzjoni tal-Istati Uniti li ntrebħet minn Biden.
Ir-rapport jakkuża lil Putin b’li prova jdawwar l-elezzjoni favur l-eks President Amnerikan Donald Trump — bil-kelliema f’Moska jirribattu li mhemm l-ebda provi wara l-akkużi u li s-sitwazzjoni kapaċi tkompli tgħarraq ir-relazzjonijiet bilaterali.
//= $special ?>